Lokali

AĠĠORNATA: Hold-up minn ħanut f’Ħal Tarxien

Persuna, x’aktarx raġel li l-identità tiegħu għad mhix magħrufa, wettaq hold-up fuq ħanut tal-merċa li jinsab fi Triq Karlu Maratta, Ħal Tarxien.

Fil-post issejħet ukoll ambulanza, li tat l-ewwel għajnuna liż-żewġ ħaddiema li kienu fil-ħanut – Tuneżina ta’ 27 sena residenti Bormla u mara ta’ 46 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Fortunatament f’dan il-każ, li seħħ għall-ħabta tan-nofs siegħa ta’ waranofsinhar huma ma sofrewx ġrieħi iżda ingħataw il-kura minħabba xokk.

Il-Pulizija qed jinvestigaw din is-serqa u qed ifittxu lill-ħalliel li ħarab mill-post. Dan jidher li kien armat, u apparti li seraq madwar €100 fi flus kontanti ħa wkoll numru ta’ cards tal-mobile.