Il-Prim Ministru Joseph Muscat naqas milli jagħti garanziji li l-Financial Intelligence Analysis Unit ta’ pajjiżna, l-FIAU, mhux jopera b’nuqqasijiet.
Meta kien qed jirrispondi għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Muscat uża l-iskuża li ma jridx jippreġudika l-investigazzjoni li għaddejja mill-Awtorità Bankarja Ewropea dwar l-FIAU.
L-investigazzjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea nfetħet fl-aħħar ġimgħat u qed tiffoka b’mod speċjali dwar kif ġiet trattata l-kwistjoni dwar il-Bank Pilatus f’Malta.
Kienet il-Kummissarju Ewropea għall-Ġustizzja, Vera Jourova, li waqt żjara f’pajjiżna ddikjarat li jekk l-investigazzjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea ssib nuqqasijiet f’pajjiżna, jinfetħu proċeduri fil-konfront ta’ Malta.
Jourova appellat ukoll lill-awtoritajiet Maltin biex mhux biss jikkoperaw mal-investigazzjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea imma wkoll biex ikunu adottati r-rakkomandazzjonijiet li jsiru.
//= $special ?>
