Arbli ġodda li kienu twaħħlu fi Pjazza Antoine de Paule ta’ Raħal Ġdid reġgħu nqalgħu t-Tnejn filgħodu fl-iktar episodju riċenti ta’ xogħol li nqala’ ftit jiem wara li sar bħala parti minn dan il-proġett ta’ riġenerazzjoni.
Residenti tal-inħawi li tkellmu magħna spjegawlna li filgħodu, il-ħaddiema tal-proġett dehru jaqilgħu l-arbli, u fejn dawn ma setgħux jinqalgħu, inqatgħu.
Ix-xogħol reġa’ beda ftit jiem wara li din iż-żona tlestiet kemm jista’ jkun malajr biex tiġi aġevolata attività politika organizzata mill-Partit Laburista u indirizzata mill-mexxej Laburista Joseph Muscat.
F’Mejju li għadda, ġimgħat biss wara li sar pavimentar fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, ir-resident qamu mill-ġdid għall-istorbju tal-makkinarju hekk kif l-istess madum li sar reġa’ beda jinqala’.
Il-wegħda li jsir dan il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid ilha li saret mill-2015 u kien imħabbar minn Helena Dalli f’April.
Dakinhar kien intqal biss li t-tlestija tal-proġett kellu jkun qabel l-elezzjoni ġenerali li kellha ssir din is-sena iżda l-elezzjoni antiċipata ilha sena li għaddiet u għal perjodu twil ir-residenti kienu lmentaw li l-Pjazza tħalliet fi stat diżastruż mingħajr xogħol fiha għal xhur sħaħ.
//= $special ?>




