It-telfa tal-Ġermanja kontra l-Messiku ħasdet diversi nies madwar id-dinja, iżda jidher li ħalliet effett fuq id-dinja. Il-Messikani tant qabżu bil-ferħ li heżżet il-grawnd tant li kien hemm sinjali ta’ terremot. Sensors sensittivi ħafna rreġistraw rogħda f’żewġ siti f’Mexico City, seba’ sekondi wara li Hirving Lozano skorja għat-tim mill-Amerika Ċentrali.
L-Istitut tal-Investigazzjoni Atmosferika u Ġeoloġika qalet li kien hemm terremot artifiċjali. Ir-rebħa wasslet għal ferħ kbir ta’ diversi partitarji, li xejru l-bandiera Messikana flimkien mas-sombrero. Huma bdew ikantaw ukoll id-diski tradizzjonali ‘Cielito Lindo’ jew ‘Preety Little Sky.’
Din hi 16-il darba li l-Messiku qed tieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja. Fl-aħħar sitt edizzjonijiet, il-Messiku naqset li taqbeż ir-rawnd tal-aħħar 16.
//= $special ?>