‘Colours of Malta’ hu l-isem ta’ wirja li se tiftaħ din il-ġimgħa fil-kapitali Franċiża, u li fiha se jiġi esebit xogħol taċ-ċeramista Paul Haber.
Haber se jippreżenta 25 biċċa xogħol ta’ arti magħmula minn idejh. Il-wirja se ssir biswit il-Louvre, fis-sala komunali ta’ Pariġi.
L-esebizzjoni se tiftaħ mid-19 ta’ Ġunju sad-29 ta’ Ġunju, u se tkun qed tagħti ħajja lill-pajesaġġ ta’ pajjiżna li hu l-ispirazzjoni ta’ Haber.
F’Pariġi se tiġi preżentata wkoll il-wirja ‘Inspirations from Gozo’, mill-fotografu Daniel Cilia, li jispiraw l-esebizzjoni ta’ Haber.
Il-wirja ta’ Paul Haber qed issir bl-appoġġ tal-Cultural Diplomacy Fund.
//= $special ?>