– Jason Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi iddikjara li r-rapport tal-MEPs li sar riċentament jistabilixxi li jew id-deputat Laburista Robert Abela kellu aċċess u informazzjoni li tirriżulta minn telefonati irrekordjati tas-Servizzi tas-Sigurtà fl-invetstgazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia inkella gideb quddiem il-kumitat tal-MEPs.
Fl-Aġġornament tal-parlament Jason Azzopardi qal li fir-rapport tal-MEP Ana Gomes fit-12 ta’ Ġunju 2018 intqal li deputat tal-gvern kellu aċċess illegali jew ingħata klassifikazzjoni llegali u kien konxju ta’ ċertu affarjiet relatati f’interċezzjonijiet ta’ telefonati f’investigazzjonijiet serji. Hu qal li din is-sentenza tar-rapport għandha tkun ikkunsidrata minn kulħadd.
Ir-rapport jgħid li d-deputat Robert Abela qal li qatt ma kien hemm riferenza għall-qtil ta’ Daphne Caruna Galizia fit-telefonati rrekordjati miss-Servziz tas-Sigurtà . Hu qal li kien ivverifika mal-MEPS li dan il-kliem tad-deputat Laburista jirrifletti li jew id-deputat ingħata informazzjoni sigrieta b’mod illegali li mhix aċċesisbbli għall-Maġistrat jew li kien qed jigdeb f’wiċċ l-MEPS.
F’kull każ, dan hu każ ta’ gravità serja u ta’ tħassib. Il-Prim Ministru jrid jieħu passi dwar jekk tax aċċess għal informazzjoni tas-Servizzi tas-Sigurtà jew jispjega jekk hux aċċettabbli għalih li meta deputati Laburisti jitkellmu ma’ MEPs, jigdbu biex iħossu importanti fi kwistjoni serja.
Jason Azzoppardi staqsa jekk hux aċċettabbli għall-Prim Ministru li deputati tal-Gvern jiżgwidaw lill-MEPS.
//= $special ?>