L-Assoċċjazzjoni Maltija ta’ min Iħaddem b’kollaborazjoni mal-Awtorita’ Maltija tal-Komunikazzjoni nediet l-MEA Index.
L-MEA Index huwa direttorju onlajn li huwa faċilment aċċessibbli u li huwa mmirat għal min jixtieq jiftaħ negozju jew ikabbar in-negozju tiegħu. Dan id-direttorju għandu għan li jiffaċilita’ l-proċess kultant burokratiku li wieħed ikollu jgħaddi minnu biex iwaqqaf jew imexxi negozju.
Id-direttorju joffri pjattaforma ta’ nformazzjoni li tinkludi istruzzjonjiet dettaljati ta’ x’wieħed għandu jagħmel biex jara li n-negozju tiegħu ikun konformi mal-liġijiet, ikollu l-liċenzji neċessarji, u biex saħansitra jkun jista’ jara skemi li jeżistu u li jkun jista’ jibbenefika minnhom in-negozju tiegħu.
Anton Vella, uffiċjali tal-MEA, li kien hu li xpruna dan il-proġett, qal li dan huwa biss it-twelid ta’ servizz ġdid u li l-ħsieb hu li dan il-proġett ikun wieħed li jibqa għaddej.
Jikkollaboraw mal-MEA fuq din l-inizzjattiva hemm tmien entitajiet li jistgħu ikunu ta’ għajnuna għal min iħaddem jew qed imexxi negozju, u ħħsieb hu li iktar u iktar organizzazzjonijiet jiġu mħajjra biex ikunu parti minn din il-pjattaforma.
Għal iktar informazzjoni, wieħed jista’ jidħol fuq is-sit index.maltaemployers.com
//= $special ?>