Lokali

FILMAT: Chris Fearne jinsisti li l-għaqdiet favur il-ħajja ingħataw biżżejjed ċans

L-Għaqdiet jgħidu lil ministru li din

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne baqa’ jinsisti li l-gvern kien ikkonsulta mal-għaqdiet kollha dwar l-emendi fil-liġi  dwar l-iffriżar tal-embrijuni. Dan minkejja li l-għaqdiet, ftit sigħat biss qabel  it-teħid tal-vot dwar din il-liġi baqgħu jisħqu li t-talbiet li huma ressqu quddiem il-President nhar il-Ħadd baqgħu injorati.

Fearne qal li huwa kien iltaqa’ kemm-il darba ma’ dawn l-għaqdiet u NGOs, u li dawn kienu ngħataw l-opportunita’ li jsemmgħu leħinhom.  Dan qalu tlett ijiem biss wara laqgħa mqanqla tal-Kumitat għall-Kunsiderazzjoni tal-Abbozzi ta’ Liġi fejn l-għaqdiet li kienu qed iressqu t-talbiet tagħhom ġew kontinwament interrotti waqt il-preżentazzjoni professjonili tagħhom u l-ministru saħansitra nstema jlissen il-kliem “Tgħidux ħmerijiet”.

Wara din il-laqgħa, koalizzjoni ta’ għaqdiet favur il-ħajja ħassew il-bżonn li jmorru għand il-President b’sett ta’ proposti f’forma ta’ mistoqsijiet relatati ma’ dawn l-emendi.  Jidher pero’ li ma nbidel xejn fil-liġi tal-iffriżaw tal-embrijuni wara l-preżentazzjoni ta’ dawn is-suġġerimenti.

Intant illum il-Fondazzjoni Life Network bagħtet ittra lill-Gvern, indirizzata lil Chris Fearne, biex tgħidlu li l-introduzzjoni tal-iffriżar tal-embrijuni jmur kontra l-Kostituzzjoni, peress li skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta, ħadd m’għandu jiġi mċaħħad mid-dritt fundamentali tal-ħajja

Il-Gvern ħaffef il-proċess relatat ma’ din il-liġi biex jagħlaq id-diskussjoni qabel is-sajf.