Lokali

FILMAT: L-iskandlu tal-Visas jispiċċa fil-programm Porta a Porta

Joseph Muscat fiċ-ċentru ta' aktar kritika mill-media internazzjonali

L-allegazzjonijiet serjissimi li qed tiffaċja kastilja rigward l-iskandlu tal-visas mediċi lil-Libjani spiċċa fiċ-ċentru tad-diskussjoni waqt il-prgramm ta’ Rai 1 Porta a Posta, immexxi minn Bruno Vespa.

Dan wara li lbieraħ sar magħruf li ħames Libjani lesti li jixhdu u jagħtu t-testimonjanza tagħhom dwar flejjes illi ntalbu minn uffiċjal f’Kastilja sabiex tinħarġilhom il-visa. Hekk fil-Qorti, fejn ġie preżentat Dossier minn Ivan Grech Mintoff illi jikxef ir-racket li kienet għaddejja f’Kastilja.

Il-każ jitratta l-allegazzjonijiet serji ta’ frodi minn Kastilja sabiex jinħarġu visas lil persuni Libjani, bid-dokument preżentat jallega li sar bejgħ illegali ta’ numru lbir ta’ visas mill-Konsolat Malti fi Tripoli u li nħarġu mill-uffiċjal tal-Uffiċju tal-Prim Ministru Neville Gafa li hu nkarigat fil-ħruġ ta’ visas mediċi umanitarji.