Il-UĦM issospendiet temporanjament l-azzjonijiet industrijali li ordnat fl-Aġenzija Sapport. Dan wara laqgħa li saret illum bejn l-istess Aġenzija u t-tmexxija tal-UĦM.
Il-UĦM qalet lill-ħaddiema li jekk ma jkunx hemm żviluppi sinifikati, lesta tkompli bl-azzjonijiet.
AKTAR KMIENI
Fl-aħħar sigħat, numru ta’ supervisors tal-Aġenzija Sapport ħarġu fuq strajk minħabba nuqqas ta’ qbil dwar il-Ftehim Kollettiv tagħhom. Dan wassal biex inħolqot sitwazzjoni ta’ skariġġ kbir għal numru ta’ persuni b’diżabbilta’ li jużaw is-servizzi ta’ dawn is-supervisors.
Illum saret laqgħa bejn il-UĦM Voice of the Workers u l-Aġenzija Sapport biex tiġi riżolta l-kwistjoni li hemm pendenti.
Ġenituri li tkellmu ma’ Net News qalulna li t-tfal tagħhom spiċċaw maqfulin ġewwa minħabba dawn l-azzjonijiet.
“Ma ħarġuhomx u ma ħaduhom fl-ebda ċentru”, qaltilna omm li tkellmet magħna.
Dawn is-supervisors ikunu il-persuni li jieħdu lin-nies b’diżabilta’ fiċ-ċentri tal-Aġenzija Support.
Net News hu nfurmat li anke l-carers tal-istess Aġenzija jinsabu fuq l-istess struzzjonijiet mill-union. Jidher li s-support workers, is-social workers, il-ħaddiema tal-amministrazzjoni u l-professional support workers qedgħin kollha josservaw dawn id-direttivi.
//= $special ?>