Il-Ġappun kisbet l-ewwel rebħa minn Grupp H wara li għelbet lit-tim nazzjonali tal-Kolombja 2-1. Partita li kienet kundizzjonata hekk kif il-Kolombjani kellhom jilagħbu prattikament partita sħiħa b’raġel anqas
Dan wara li fit-tielet minuta tkeċċa Carlos Sanchez, bir-referee Damir Skomina jordna penalty. Mill-11-il metru Shinji Kagawa għeleb lil David Ospina.
It-tim ta’ Pekerman ġab id-draw fid-39 minuta bi free-kick ta’ Juan Quintero li għadda minn taħt il-barriera u qassam il-linja, bil-gowl ikun konvalidat permezz tal-Goal Line Technology, minkejja t-tentattivi ta Eiji Kawashima li jżomm il-ballun.
Il-Ġappun skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-73 minuta meta minn azzjoni ta’ korner, Yuya Osako għeleb lil Ospina b’daqqa ta’ ras.
//= $special ?>