Lokali Parlament Saħħa

ILLEJLA: Il-vot fil-Parlament biex jiddaħħal l-iffriżar tal-embrijuni

Il-Gvern qal li se jibqa' għaddej bil-vot

Fil-Parlament tard illejla se jkun qed jittieħed il-vot finali dwar l-emendi li resaq il-Gvern biex tinbidel il-Liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijuni. Dan wara xhur sħaħ ta’ kritika minn diversi għaqdiet, tobba u professjonisti illi kienu tassew urtati bil-manuvri tal-Gvern li ma tax spazju għal konsultazzjoni vera dwar dan is-suġġett tant sensittiv.

Fost diversi tibdiliet, dan l-abbozz se jkun qed jintroduċi bħala prassi l-iffriżar tal-embrijuni umani.

Fost dawk li appellaw għal perijodu itwal ta’ konsultazzjoni kien hemm il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Biss ilbieraħ il-Gvern ħareġ jgħid li se jibqa’ sejjer għall-vot “b’konvinzjoni”.

Il-kritika lejn Joseph Muscat u Chris Fearne kien anke waħda interna, inkluż deputati u eks membri parlamentari laburisti bħal Deborah Schembri u t-tabib George Vella. Dan biex ma nsemmux l-għexieren ta’ tobba, professjonisti u esperti tal-bioetika li tkellmu dwar ir-riperkussjonijiet u l-effetti negattivi li se jġibu magħhom dawn l-emendi – abbozz ta’ liġi li sar bl-għaġla u li l-Gvern se jkun għaddieh mill-Parlament f’temp ta’ 6 xhur.