Futbol Sport TAZZA TAD-DINJA 2018

Ir-Russja qrib il-kwalifikazzjoni b’rebħa fuq l-Eġittu

Artem Dzyuba jiċċelebra ma' sħabu wara li skorja t-tielet gowl (Ritratt: EPA)

Ir-Russja tinsab viċin ħafna li kkwalifika mal-aħħar 16 bit-tieni rebħa minn żewġ logħbiet, din id-darba kontra l-Eġittu 3-1. L-organizzaturi jistgħu jkun li jikkwalifikaw skont ir-riżultat tal-logħba bejn l-Urugwaj u l-Arabja Sawdija.

Wara taqsima mingħajr gowls, ir-Russja fetħet l-iskor fis-47 minuta meta xutt ta’ Roman Zobnin kien imxellef minn Ahmed Fathi u sfortunatament il-ballun spiċċa fir-rokna tax-xibka. L-iskor sar 2-0 fid-59 minuta b’Denis Cheryshev jiskorja t-tielet gowl fit-tournament meta għeleb lil Mohamed El Shenawi minn pożizzjoni ideali.

Ir-Russja skorjaw it-tielet gowl tliet minuti wara b’Artem Dzyuba, jikkontrolla ballun fit-tul, qabeż lil Ali Gabr u poġġa l-ballun wara El Shenawi. L-Eġittu skorjat il-gowl ta’ konsolazzjoni fit-73 minuta minn penalty ta’ Mohamed Salah.