Raġel ta’ 42 sena ġie imtajjar minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 27 sena, residenti l-Ħamrun għall-ħabta tat-8:30am.
Ir-raġel, residenti l-Imsida, kien fi Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta meta għal xi raġuni mhux magħrufa ttajjar minn karozza tat-tip Ford Connect.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.
//= $special ?>