– Chris Said, PN
Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li jeħtieġ li jkunu introdotti aktar għdoda biex in-nutara jaħdmu aħjar u tissaħħaħ il-professjoni notarili.
Fil-parlament Chris Said tkellem dwar l-importanza li n-nies ikollhom fiduċja fil-professjoni tan-nutara u sostna li l-ħidma tal-Kunsill Notarili għandha tkun rikonoxxuta. Chris Said qal li fil-ħajja kulħadd jiġi bżonn nutar kemm fit-testmenti kif ukoll fl-akkwist tal-propjetà. Dawk il-ftit li traddixew lil din il-professjoni għandhom ikunu mwarrba biex ma ssirx ħsaraa lil din il-professjoni. Hu tkellem dwar il-Kodiċi ta’ Etika għan-Nutara, li ma ġiex minn fuq għal isfel iżda ġie min-nutara stess permess tal-Kunsill tan-Nutara.
Importanti li jkun imsaħħaħ l-eżami tat-titlu, sostna Chris Said, li qal li qed ikun hemm ħafna okkażjonijiet fejn in-nutara qed ikunu eżentati milli jagħmlu l-eżami tat-titlu. Dan jista’ jkun qed isir anki minħabba spiża żejda għall-partijiet. Dan qed isir anki f’kuntratti femr importanti. Hu ppropona li n-nutara jingħataw għodda aħjar biex jagħmlu l-eżami tat-titlu billi titnaqqas ir-riċerka manwali u tintuża iktar it-teknoloġija. Dan iwassal biex jitnaqqas ix-xogħol, il-ħin u l-ispejjeż waqt li tiddaħħal iktar inċertezza.
Importanti wkoll li l-Kunsill Nazzjonali Notarili jkollu personalità legali distinta biex jaħdem aħjar u jimxi ‘l quddiem. Dwar il-prattika tal-istudenti li jkunu se jieħdu l-warrant, l-Opożizzjoni taqbel li qabel il-prattika l-istudent irid jinforma lill-Kunsill li jista’ jirrifjuta n-nutar identifikat biex il-prattika issir bl-aħjar mod u mhux ma’ nutara li ma jkunux qed jaħdmu b’mod etiku.
Chris Said qal li għandu jkun hemm eċċezzjonijiet biss fejn in-nutar ma jistax jagħti s-servizzi tiegħu. Il-problema kbira li kien hemm qabel l-2011 dwar kuntratti li ma jkunux ppreżentati issa kienet eliminata fl-emendi tal-2011; liema regoli issa qed ikunu applikati qabel l-2012. Dan se jassigura li kopja tal-kuntratti tkun fl-arkivji biex il-pubbliku jkun jista’ jiġbor il-kuntratti.
Dwar ir-reġistrazzjoni tal-kuntratti fi żmien 15-il ġurnata, hu qal li issa qed tiddaħħal penali fuq dawk in-nutara li jaqbżu dan il-perjodu. Chris Said ippropona li r-reġistrazzjoni issir online biex ir-reġistrazzjonijiet ikunu jistgħu jsiru mill-uffiċċju. Dan jista’ jwassal biex anki l-perjodu ta’ 15-il ġurnata jitnaqqas. Wasal iż-żmien li l-kuntratti jkunu wkoll online.
Ir-riċerki jsiru b’mod effiċjenti iżda anki dawn iridu jinġabru manwalment u wasal iż-żmien li dawn jintbgħatu online. Ir-responabbiltajiet tan-nutara qed jiżdiedu b’mod kbir, sostna Chris Said, li kompla li dan għandu jkun bilanċjat b’għodda biex jitnaqqas ix-xogħol, il-ħin u l-ispejjeż minn fuq in-nutara. Wasal iż-żmien li ank l-mili tal-formoli għadhom isiru online.
Id-deputat Nazzjonalista qal li jeħtieġ li r-reġistru tal-artijiet għandu jkun aċċessibbli għan-nutara. Jeħtieġ li s-sistema tgħin lin-nutara u ttihom għodda ġdida biex dawn jaħdmu aħjar.
//= $special ?>