Internazzjonali

Jinqatel rapper kontroversjali fl-Istati Uniti

 

Ir-rapper Amerikan, XXXTentacion, inqatel minn tiri li sparalu raġel armat, f’ħin meta hu kien ħiereġ minn ħanut tal-muturi fin-nofsinar ta’ Florida.

XXXTentacion ( ismu proprju Jahseh Onfroy) kien magħruf bħala wieħed mill-aktar artisti kontroversjali tal-mużika rap u kien qed jiffaċċja l-akkużi konnessi mal-vjolenza.

Ir-rapporti qalu li r-rapper – li kiseb fama permezz ta’ żewġ albums konsekuttivi li rnexxew bil-kbir — miet l-isptar mill-ġrieħi li ġarrab. L-investigaturi mhumiex jeskludu li dan seta’ kien ‘attentat ta’ serq li nbidel f’omiċidju’.

Il-pulizija li marru fuq il-post tad-delitt sabu lir-rapper bil-feriti fatali fil-karozza tiegħu fi Deerfield Beach u mal-ewwel bdew tfittxija għall-qattiel li kien ħarab mill-inħawi flimkien ma’ persuna oħra.