Lokali

Karozza tinqaleb fis-Swieqi

Ritratt: Matthew Mirabelli/Times of Malta

Għall-ħabta ta’ 13:15pm, karozza inqalbet fi Triq il-Qasam, fis-Swieqi.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, hekk kif is-sewwieq ħareġ mill-karozza tat-tip Renault Megane waħdu.

Għadu mhux magħruf x’ikkważa biex il-karozza tinqaleb, iżda jidher li l-karozza baqgħet dieħla f’żewġ karozzi oħra. Dan wassal biex il-karozza nqalbet.

Fuq il-post waslu l-assistenza medika, iżda s-sewwieq irrifjuta li jingħata l-assistenza.

It-triq ingħalaq għat-traffiku.