Internazzjonali

L-Istati Uniti thedded liċ-Ċina dwar tariffi

Il-President Amerikan, Donald Trump, hedded li jimponi tariffi fuq l-ekwivalenti ta’ 200 biljun dollaru addizzjonali ta’ prodotti Ċiniżi. Dan fost tilwima dwar il-kummerċ li qed tiggrava sew bejn Washington u Beijing.

Intant, Trump qed jgħid li t-tariffi tal-għaxra fil-mija għandhom isiru effettivi ‘f’każ li ċ-Ċina tirrifjuta li tibdel il-prattika’. It-theddid ta’ Trump qed jirriflettu spinta fit-tilwima ma’ Beijing dwar il-kummerċ u li kienet riflessa mill-aħħar theżżiż fis-swieq tal-ishma tal-Asja kif ukoll fl-Ewropa.

Iċ-Ċina, sadanittant, akkużat lill-Istati Uniti dwar ‘rikatt’ fost l-inkwiet dwar gwerra kummerċjali sħiħa bejn il-pajjiżi. Il-Ministeru għall-Kummerċ f’Beijing wieġeb li ċ-Ċina se tieħu l-passi ‘kwalitattivi’ waqt li ‘tiġġieled kontra l-miżuri għat-tariffi addizzjonali min-naħa tal-Gvern Amerikan.’