Lokali

Malta konformi mal-UE fit-trattament mhux priġunerija għall-vittmi tad-droga


– Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li l-Liġi li temenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattamnet mhux Priġunerija) hu pass tajjeb fil-Kodiċi Kriminali fejn jingħata trattament mhux priġunerija biex il-pajjiż ikun konformi mal-liġijiet tal-UE. Hu semma’ l-Oasi, Sedqa u l-Caritas u qal li dawn huma tliet pilastri tas-soċjetà biex jgħinu lin-nies li jfittxuhom. Dawn qed iħallu impatt pożittiv f’Malta u jwasslu lill-persuni fid-direzzjoni t-tajba.

Hu tkellem dwar l-importanza li l-ħabs ikun korrettiv u mhux distruttiv u qal li Malta għandha tkun solidali u mhux tal-kastig. Hu qal li m’għandhiex issr diskriminazzjoni kontra persuni ġejjin minn ċertu lokalitajiet fosthom Bormla jew ma min ikun fqir.

Fl-2009 kien hemm 240 qabda ta’ droga waqt li fl-2015 kien hemm l-ogħla qabda ta’ droga 502. Jeħtieġ li jkun hawn koordinament nazzjonali u biex dan is-settur mhux biss ikun regolat iżda sorveljat b’mod xieraq waqt li jkun hemm koordinament bejn dawk jkunu ta’ servizz u dawk li jkunu interessati.

Id-deputat Nazzjonalista appella għas-solidarjetà mal-persuni li għaddejin minn dawn il-problemi kbar. Il-problema hi mifruxa f’diversi lokalitajiet u mhux bsis f’Bormla, sostna Ivan Bartolo, li kompla li b’din il-liġi l-qorti se tkun tista’ tordna trattament u mhux priġunerija.

Hu appella biex ikun miżuri kontra s-solitudni.