It-tim tar-Red Bull għamel bidla sinifikanti għall-istaġun li ġej hekk kif laħqu ftehim ma’ Honda biex ikollhom il-magni tagħhom fl-2019 u l-2020. Dan ifisser li Red Bull mhux se jibqgħu bil-magni eżistenti Renault li kienu ilhom bihom għal 12-il sena.
Ir-relazzjoni bejn Renault u Red Bull naqset fl-aħħar snin minħabba r-riżultati diżappuntanti. Il-Kap tar-Red Bull Christian Horner qal li dan il-ftehim ma’ Honda jfisser il-bidu ta’ fażi eċċitanti biex it-tim mhux biss jisfida għar-rebħ tat-tiġrijiet iżda biex jirbaħ it-titli li finalment hu l-għan prinċipali.
Hu qal li jemmen li din is-sħubija ma’ Honda hi l-aħjar direzzjoni għat-tim. Horner kompla li kienu impressjonati bl-impenn ta’ Honda u bil-progress li għamlu ma’ Toro Rosso.
Renault qalu li jikkunsidraw din id-deċiżjoni bħala evoluzzjoni naturali għaż-żewġ timijiet fil-perspettiva tal-aspirazzjonijiet taż-żewġ timijiet. Dan ifisser li Red Bull u McLaren bidlu l-magni tagħhom fid-direzzjonijiet opposti.
Red Bull rebħu erba’ Kampjonati tas-Sewwieqa u l-Kostrutturi bejn l-2011 u l-2014 flimkien ma’ Renault, iżda ma kinux kapaċi jlaħħqu ma’ Mercedes u Ferrari mill-era l-ġdida tas-sistema hybrid. Red Bull rebħu total ta’ 57 tiġrija f’dan iż-żmien.
//= $special ?>