Sewwieq ta’ mutur Yamaha residenti Bormla, iddaħħal l-isptar wara inċident li seħħ għall-ħabta tas-6.45am fil-Marsa.
Il-ħabta seħħet fi Triq l-Għassara tal-Għeneb il-Marsa bejn il-mutur u karozza oħra, biż-żagħżugħ li għandu 26 sena jiddaħħal l-isptar isofri minn ġrieħi gravi.
Is-sewwieqa tal-karozza, mara ta’ 30 sena minn Pembroke, ma sofriet l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>