“Grand old lady” – hekk kienet magħrufa Puan, l-orangutan ta’ 62 sena li kienet tgħix fiz-zoo ta’ Perth, fl-Awstralja. Puan kienet ilha tgħix f’dan iz-zoo sa mill-1968 u kellha 11-il wild u total ta’ 54 dixxendent. Fl-2016 hi kienet daħlet fil-Guiness Book of Records bħala l-ixjeħ waħda mill-ispeċi tagħha
Puan kienet orangutan tas-Sumatra – razza li qegħda f’riskju ta’ estinzjoni.
Orangutani ta’ din ir-razzi rari jgħixu iktar minn 50 sena.
Martina Hart, il-kap taz-zoo fejn egħxet Puan, qalet li għalkemm lejn l-aħħar hi kienet xjaħet, Puan baqgħet il-matrijarka li dejjem kienet – kwieta u dinjituża.
//= $special ?>