– Kristy Debono, PN
Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li l-Att dwar is-Sigrieti Kummerċjali jagħti protezzjoni lill-ġurnalisti u lill-whistleblowers li jiżvelaw sigriet professjonali fis-settur tan-negozju.
Fil-parlament Kristy Debono qalet li dan hu att pożittiv bħal bosta transpożizzjonijiet oħrajn tal-UE u għalhekk l-Oppożizzjoni se tivvota favur. Din it-traspożizzjoni hi leali lejn id-direttiva tal-UE u għalhekk se tkun appoġġjata anki għaliex dan hu att li se jintroduċi regoli ġdoda biex jipproteġu s-sigriet professjonali u l-informazzjoni kunfidenzjali ta’ kumpaniji Ewropej, fosthom dawk Maltin.
Din id-direttiva tintroduċi penali ta’ €150,000 u proċeduri legali kontra individwu u entità li tkun kixfet sigriet jew informazzjoni kunfidenzjali. Dan l-att se jagħti definizzjoni aktar b’saħħitha lit-terminoloġija ta’ sigriet professjonali. Dan għandu valur skont x’ikun il-kobor tal-kumpanija.
Hi qalet li skont studju li sar fl-2013, 25% tal-kumpaniji Ewropej kienu vittmi ta’ serq ta’ informazzjoni kunfidenzjali waqt li fl-21012, iċ-ċifri kienu 18% inqas. Din id-direttiva intlaqgħet ferm tajjeb fost il-kumpaniji li joperaw fl-UE.
Bħala eżempju għall-eċċezzjonijiet, Kristy Debono semmiet każi ta’ rapporti interni ta’ operat li jkun qed jikkawża ħsarat fl-arja iżda l-informazzjoni ma tkunx għadha pubblika. Hi sostniet li dan l-att jelenka l-eċċezzjonijiet meta rikors u rimedji fil-konfront ta min jikxef għandhom jiġu miċħuda meta dan ikun sar fl-eżerċizzju tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni.
Eċċezzjoni oħra ssir meta jkun żvelat b’kondotta ħażina jew meta jkun hemm żvelat minn ħaddiema bħala parti minn eċerċizzju legali. Inżamm bilanċ tajjeb fejn qed ikun protett is-sigriet kummerċjali iżad mhux kontra libertà tal-espressjoni għax qed ikun assigruat li d-drittijiet tal-ġurnalisti investigattivi qed ikunu rpotetti.
Dan waqt li qed jingħata iktar protezzjoni lil whistle blowers li jikxu informazzjoni biex jipproteġu l-interess pubbliku. Dan l-att qed isaħħaħ il-protezzjoni assoluta fejn jidħlu s-sigrieti professjonali. Hi qalet li xtaqet li l-gvern ippubblika xi studju dwar l-insider dealing u sostniet li dan hu att impost fuq Malta mill-UE biex l-emendi li jsiru jkunu f’linja mal-obbligazzjonijiet Ewropej.
L-UE tat rimedju dwar ksur tad-direttiva
– David Stellini, PN
Id-deputat Nazzjonalista David Stellini qal li dan hu att dwar is-suq waħdieni fejn il-kumpaniji Ewropej ikollhom kompetizzjoni ġusta kullimkien. Hu sostna li l-UE daħlet liġi li tagħti definizzoni li hi applikata mal-UE dwar x’inhu sigriet kummerċjali. L-UE tat direttiva u tat ukoll għodda biex jirrimedja l-użu ħażin ta’ sigrieti kummerċjali, li jkun ta’ detriment għall-vittma. Il-parlament Ewropew daħħal diversi ħarsien għall-whistleblowers fl-UE.
//= $special ?>