Futbol Sport TAZZA TAD-DINJA 2018

Cristiano Ronaldo jrebbaħ lill-Portugall

(Ritratt: EPA)

Gowl wara biss erba’ minuti skurjat mis-soltu Cristiano Ronaldo kien biżżejjed għall-Portugall biex tikseb l-ewwel rebħa fi Grupp B wara d-draw ta’ 3-3 fl-ewwel dehra kontra Spanja. Bil-Portugall fuq l-offensiva, fir-raba’ minuta minn kross ta’ Joao Moutinho, Cristiano Ronaldo antiċipa lil kulħadd biex għamel l-iskor 1-0 b’daqqa ta’ ras.

Ħames minuti wara kien l-istess Ronaldo li falla għal ftit. Maħsuda mill-gowl bikri, il-Marokk minkejja li naqsu milli jwettqu reazzjoni, b’xi mod irnexxielhom irażżnu l-furja Portugiża biex f’mumenti qasmu l-logħob.

Bil-Marokk aktar determinati għat tieni 45 minuta, fis-57 minuta Rui Patricio wettaq save mill-isbaħ fuq Younes Belhanda. Bil-Portugall kostretti jiddefendu, fit-tielet minuta tal-ħin miżjud kienu fortunati li Medhi Benatia naqas milli jikseb il-gowl tad-draw.

L-impenji li jmiss għall-Portugall u l-Marokk huma għal 25 ta’ Ġunju kontra l-Iran u Spanja rispettivament.