Ambjent Knisja Kultura Lokali

Dilettanti tal-festa ta’ San Ġorġ jieħdu inizjattiva favur l-ambjent

Dilettanti tal-festa ta’ San Ġorġ Martri f’Ħal Qormi lesti li jieħdu l-parir tal-grupp Malta Clean Up illi fl-aħħar sigħat talab li ma jiġu rilaxxati bżieżaq fil-festa.

Il-bżieżaq fil-festa waqt il-ħruġ tal-vara ta’ San Ġorġ hi tradizzjoni li tmur lura numru ta’ snin.

Issa qed jingħad li se jiġu kunsidrati alternattivi oħra li ma jkollhomx effett ambjentali.

Il-festa ta’ San Ġorġ qed tiġi ċċelebrata fil-Belt Pinto matul din il-ġimgħa, bil-qofol jintlaħaq nhar il-Ħadd li ġej bil-purċissjoni li toħroġ fis-7pm.