Lokali

FILMAT: Ix-xeni ta’ nies reqdin barra fit-triq qed jiżdiedu

"Dan hu l-faqar li qed naraw madwarna"

Nies minn Tal-Pieta’ dalgħodu ġibdulna l-attenzzjoni dwar dan il-każ ta’ raġel rieqed barra fit-triq taħt ammont ta’ kartun. Il-każ intlemaħ biswit il-bandli tal-Pieta’.

Il-persuni li tkellmu magħna qalulna li din hi l-ewwel darba li huma raw dawn ix-xeni f’pajjiżna.

Ftit tal-ġimgħat ilu, NET NEWS irrapporta wkoll każ simili li intlemaħ fil-Furjana (ritratt taħt).

“Dan hu t-tip ta’ faqar li qed jesperjenzaw nies li ma jlaħħqux mal-kirjiet u m’għandhomx biex iħallsu l-bażiku”, qaltilna mara li tkellmet magħna.