Internazzjonali

FILMAT: Il-Viċi Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio jattakka lil Malta

"Minn issa 'l quddiem, xejn mhu se jibqa' l-istess" - Di Maio

“Aħna nagħtu l-elettriku lil Malta minn Ragusa, u Malta tirrifjuta l-immigranti”. Kien dan l-argument li għamel il-Viċi Prim Ministru Taljan Luigi di Maio meta kien mistieden ta’ Bruno Vespa fuq il-programm Porta a Porta – programm li tratta l-każ tal-Aquarius, li issa daħal fil-port ta’ Valencia.

Fl-attakk li fetaħ fuq pajjiżna, Di Maio allega li l-vapur Aquarius kien fiz-zona SAR Maltija meta effetivement dan mhux veru. Iżda hu uża dan l-argument biex jipprova jinsinwa li Malta ma imxietx mal-obbligazzjonijiet internazzjonali tagħha fil-każ tal-Aquarius.

Tul il-programm Di Maio qal li l-Italja se tmur quddiem l-UE titlob li tinbidel ir-Regola ta’ Dublin.