Minn din il-ġimgħa fetħu l-applikazzjonijiet għal edizzjoni oħra tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza – konkors li jsir kull sena bħala parti mill-festi tal-Indipendenza.
L-applikazzjonijiet għal dan il-konkors mużikali jinkisbu mid-Dar Ċentrali tal-PN jew minn Net TV.
Il-kanzunetti li jgħaddu għall-aħħar fażi se jkunu qed jixxandru fuq Net Television.
B’kollox ikunu 18 il-kanzunetti fil-kategorija tal-Kantanti Stabbiliti, u 10 kil-anzunetti fil-kategorija tal-Kantanti Ġodda.
Din is-sena wkoll, hemm premju abbinat għat-televoting.
Konkors Kanzunetta Indipendenza 2018
 Regolamenti dwar il-parteċipazzjoni
1. ORGANIZZAZZJONI
1.1 	Il-konkors isir taħt l-awspiċi tal-Partit Nazzjonalista.
 1.2	Il-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2018 qed jittella’ bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi tal-Indipendenza.
 1.3 	Il-Konkors huwa maqsum f’żewġ kategoriji:
 Kantanti Stabbiliti.
 Kantanti Ġodda.
 1.3.1	‘Kantanti Stabbiliti’ huma dawk li diġà ħadu sehem fis-serati finali tal-Konkorsi Nazzjonali: Malta Eurovision Song Contest, Festival tal-Kanzunetta Maltija, Konkors Kanzunetta Indipendenza, Junior Eurovision kif ukoll l-Għanja tal-Poplu taż-Żgħażagħ u l-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija, inkluża l-edizzjoni li se ssir fl-1 ta’ Settembru li ġej.
 1.3.2	‘Kantanti Ġodda’ huma dawk li qatt ma ħadu sehem fis-serati finali ta’ dawn il-Konkorsi.
2. FAŻIJIET
2.1 	Fl-ewwel fażi, il-ġurija tisma’ l-kanzunetti kollha (vuċi u mużika fuq CDs).
 2.1.1 	Jintgħażlu:
 40 kanzunetta fil-kategorija tal-Kantanti Stabbiliti;
 20 kanzunetta fil-kategorija tal-Kantanti Ġodda.
 2.2 	Fit-tieni fażi, il-kanzunetti magħżula jerġgħu jiġu interpretati quddiem ġurija, din id-darba b’interpretazzjoni LIVE, (half playback).
 2.2.1. 	Fl-aħħar tat-tieni fażi, jintgħażlu:
 18-il kanzunetta fil-kategorija tal-Kantanti Stabbiliti;
 10 kanzunetti fil-kategorija tal-Kantanti Ġodda.
 2.3 	Fit-Tielet fażi dawn il-kanzunetti jixxandru fuq NET TV fejn jinfetaħ it-televoting (li għandu premju separat) għall-kanzunetti kollha sal-fażi finali.
2.3.1 18-il kanzunetta fil-kategorija tal-Kantanti Stabbiliti jibqgħu għaddejin sas-serata finali.
L-10 kanzunetti fil-kategorija tal-Kantanti Ġodda jgħaddu minn process ta’ għazla permezz tat-televoting u l-ġurija. Il-voti miskuba mit-televoting ikunu jgħoddu daqs membru wieħed tal-ġurija, biex sal-31 ta’ Awwissu 2018 jintgħażlu Tliet (3) kanzunetti li mbagħad jikkompetu fis-serata finali.
2.4 Dawn il-wieħed u għoxrin (21) kanzunetta magħżula, “jikkompetu kollha” flimkien f’serata finali waqt il-Festi tal-Indipendenza 2018 fejn il-kanzunetta rebbieħa tintgħażel minn ġurija esperta, filwaqt li t-televoting iwassal għal premju separat.
3. KOMPOŻITURI – AWTURI
3.1 	Il-konkors hu miftuħ għal kompożituri u awturi ta’ nazzjonalità Maltija.
 3.2 	Il-kompożituri u l-awturi jagħżlu huma stess il-kantanti għall-kanzunetti tagħhom.
 3.3 	Kull kompożitur u awtur jista’ jibgħat aktar minn kanzunetta waħda.
 3.4 	Il-kompożituri u l-awturi jridu jkunu għalqu 16-il sena sal-21 ta’ Settembru 2018.
4. KANTANTI
4.1 	Il-kantanti prinċipali magħżula mill-kompożituri u l-awturi jridu jkunu ta’ nazzjonalità Maltija.
 4.2 	Gruppi ta’ kantanti vokali u strumentali, eċċ. jkunu meqjusa bħala kantant/a wieħed/waħda.
 4.3 	Fiz-żewg kategoriji, kantant/a ma j/tistax jissottometti aktar minn Sitt (6) kanzunetti u ma j/tistax j/tinterpreta aktar minn kanzunetta waħda wara t-Tieni Fazi.
 4.4. 	F’każ li kantant/a j/tkun abbinat ma’ aktar minn kanzunetta waħda magħzula, tgħaddi awtomatikament dik bl-ogħla punteġġ.
 4.4.1	Il-kompożitur u l-awtur jingħataw l-opportunità li jagħżlu kantanti oħra skont il-kategorija għall-kanzunetti l-oħra magħżula.
 4.5 	Il-kumitat organizzativ għandu jiġi infurmat fi żmien tlett ijiem b’din id-deċiżjoni u jirriserva d-dritt li jiġġudika ukoll il-kantanti magħżula.
 4.6 	Kantanti, żeffiena, u backing vocals iridu jkunu għalqu sittax (16) il-sena sal-21 ta’ Settembru 2018.
5. KANZUNETTI
5.1 	Il-Konkors mhux marbut ma’ tema partikolari. Fil-każ li kompożitur u awtur jagħżlu xi tema soċjali, din ma tkunx ikkunsidrata jekk it-tema tkun ta’ natura politika partiġġjana jew reliġjuża.
 5.2	Il-versi tal-kanzunetti ma jridux ikunu joffendu sentimenti reliġjuzi, politiċi, tar-razza u tas-sess.
 5.2.1	Kanzunetta li, fl-opinjoni tal-organizzaturi, ma tkunx konformi ma’ dawn ir-regolamenti tiġi eliminata
 5.3 	Il-kanzunetti jridu jkunu oriġinali, bl-ilsien Malti, inediti (qatt ma ġew ippubblikati jew interpretati fil-pubbliku qabel is-sottomissjoni) u ħielsa minn kull tip ta’ materjal inkriminatorju u li jista’ joffendi.
 5.4 	Il-kanzunetti jridu jkunu ta’ bejn tliet minuti u tliet minuti u nofs kull waħda.
 5.5 	Il-mużika tal-kanzunetti trid tkun ipprovduta permezz ta’ pre-recording fuq CD. L-arranġamenti u r-recordings huma respsonabbli minnhom il-kompożituri u l-awturi u l-ispejjeż jitħallsu minnhom.
 5.6 	L-organizzaturi jżommu d-dritt li jaraw li l-kwalità tar-recording tkun ta’ livell.
 5.7 	Waqt is-serata finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2018, il-vuċijiet prinċipali jkunu kollha live. Il-backing vocals   jistgħu jiġu rrekordjati jew ikantaw live.
 5.8 	Strumenti mhux se jindaqqu LIVE. Madankollu, jekk ser jintużaw strumenti għall-apparenza biss, l-organizzaturi xorta waħda jridu jkunu infurmati minn qabel.
 5.9 	Il-kanzunetta rebbieħa terġa’ tiġi interpretata fl-aħħar tas-serata tal-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2018 u/jew f’attivitajiet oħra marbuta mal-Festi tal-Indipendenza 2018.
6. APPLIKAZZJONIJIET
6.1 	Kull formola għandha tintuża għal kanzunetta waħda biss. Jistgħu jintużaw fotokopji tal-istess formola f’każ li se jiġu sottomessi aktar minn kanzunetta waħda.
 6.2	Għandu jiġi indikat lir-riċevitur taħt liema kategorija qed tiġi sottomessa l-applikazzjoni.
 6.3 	Għal kull kanzunetta jridu jiġu ppreżentati żewġ envelopes (ipprovduti mill-applikant) immarkati fuq barra –
 “A” – MATERJAL u n-nome de plume
 “B” – FORMOLA u n-nome de plume.
 6.4 	Fuq ġewwa ta’ envelope “A” irid ikun hemm:
 Għaxar (10) kopji tal-versi tal-kanzunetta ttajpjati b’indikazzjoni ta’ liema kategorija qed jipparteċipa l-kantant/a.
 CD b’track one – recording ċar tal-kanzunetta bil-vuċijiet kollha., u track two – recording ċar tal-muzika biss (backing).
 Fuq ic-cd għandu jkun hemm imnizzel isem il-kanzunetta u n-nom de plume.
 6.4.1	Hu importanti li kulma jkun hemm f’dan l-envelope “A” , ikun immarkat bl-isem tal-kanzunetta u bin-nom de plume BISS. Kull tip ta’ sinjal ieħor li jista’ jiddentifika lill-kompożitur jew lill-awtur jew il-kantant/a jista’ jwassal biex il-kanzunetta tkun skwalifikata.
 6.5	Envelopes “B” jinfetħu biss WARA l-ewwel fażi.
 6.5.1. 	Fuq ġewwa ta’ envelope “B” irid ikun hemm :
 	il-formola tal-applikazzjoni.
 	CD li tinkludi – kopja elettronika tal-lirika,
 	Fuq ic-cd għandu jkun hemm imniżżel isem il-kanzunetta.
 6.6 	Għal kull kanzunetta li tkun sottomessa, irid isir ħlas ta’ ħamsin Ewro (€50.00) u tinħareg irċevuta f’isem in-nom de plume tal-kanzunetta partikulari.
 6.7 	Il-kanzunetti għandhom jiġu sottomessi bejn is-1pm u sas-7pm ta’ nhar il-Ġimgha 13 ta’ Lulju 2018. Sottomissjonijiet wara d-data tal-gheluq ma jkunux ikkunsidrati.
7. ĠURIJA
7.1 	Għall-ewwel fażi eliminatorja, is-smigħ tal-kanzunetti applikanti ser jinqasam fuq ġranet skont kemm jidħlu applikazzjonijiet u kif jiġi deċiż mill-Kumitat.
 7.2 	Il-Kanzunetti finalisti jerġgħu jikkompetu bejniethom fis-serata finali quddiem il-pubbliku fejn hemmhekk jgħaddu mill-ġudizzju ta’ ġurija esperta .
 7.3 	Fis-serata finali jintgħażlu r-rebbieħa tal-vot tal-pubbliku permezz ta’ Televoting (ara para 2.4 u 8.3)
 7.4	Il-Kumitat qed jintrabat li fil-ġurija
 (1)	ma jkun hemm hadd li hu marbut, direttament jew indirettament, ma’ skola jew taħriġ tal-kant, jew ma’ xi recording studio lokali;
 (2)	waqt il-fażi elimatroja ma jistgħux jintużaw mobile phones u li dawn ma jitħallewx jiddaħħlu fil-post fejn tkun għaddejja l-fażi eliminitorja.
 7.5	Fil-fażi elimintarja l-ġurija se tagħti l-punti tagħha minn massimu ta’ 150 punt maqsuma kif ġej: 50 għal-lirika 50 għall-mużika u 50 għall-interpretazzjoni u l-livell tal-kant.
 Wara l-festival joħorġu l-punti ta’ kull ġurat bi trasparenza assoluta.
8. PREMJIJIET
8.1 	Il-premjijiet jitqassmu kif ġej:
 Għall-kanzunetta fl-ewwel (1) post: Trofew u Elf u Mitejn ewro (€1,200.00)
 Għall-kanzunetta fit-tieni (2) post: Trofew u Seba’ Mija u Ħamsin ewro (€750.00)
 Għall-kanzunetta fit-tielet (3) post: Trofew u Ħames mitt ewro (€500.00)
 8.2 	Jingħata trofew separat f’każ li l-kantanti, l-kompożituri u/jew l-awturi
 rebbieħa jkunu differenti.
8.3 	Jingħata trofew lill-kompożitur, lill-awtur u lill-kantant/a tal-kanzunetta li tirċievi l-akbar ammont ta’ voti fir-riżultat tat-televoting tal-pubbliku.
 8.4 	Jingħata trofew lill-kompożitur, lill-awtur u lill-kantant/a tal-aqwa kanzunetta interpretata minn Kantant/a gdid/a.
9. DRITTIJIET
9.1 	Id-drittijiet kollha tal-kanzunetti jibqgħu tal-kompozituri u l-awturi rispettivi.
 9.2. 	L-organizzaturi jżommu d-dritt li jagħmlu użu mill-kanzunetti kompluti li jgħaddu għas-serata finali.
10. DATI
10.1 	Data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet – 13 ta Lulju 2018 sas-7pm.
 10.2	L-ewwel eliminatorja – Is-Sibt 14 ta’ Lulju 2018 permezz ta’ CD (full playback)
 10.3	It-tieni eliminatorja – Is-Sibt 28 ta Lulju 2018 permezz ta’ Kantanti Live (half playback)
 10.3.1	Kantanti applikanti għandhom iżommu l-ġurnata tat-tieni eliminatorja vojta sabiex ikunu fil-pożizzjoni li jinterpretaw il-kanzunetta taghhom LIVE. Mhux se jingħataw ġranet oħra minbarra din u mhux se jitħallew jintużaw mezzi oħrajn.
 10.4 	Is-serata finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2018 ser issir matul il-festi tal-Indipendenza, f’Settembru 2018.
11. AFFARIJIET OĦRA
11.1 	Waqt li l-organizzaturi jkunu disposti li jikkunsidraw is-suġġerimenti kollha li jsirulhom, iżommu d-dritt illi dawk id-deċiżjonijiet li jittieħdu minnhom dwar l-organizzazzjoni, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-ġurija f’kull fażi tal-konkors, ikunu finali u inappellabbli.
 11.2 	Wara l-Konkors, il-parteċipanti kollha jistgħu jiġbru l-materjal tagħhom fuq preżentazzjoni tal-irċevuta sa erba’ ġimgħat wara.
 11.3 	L-organizzaturi ghandhom jigu infurmati:
 a.	Bin-numru ta’ nies li ser ikunu fuq il-palk (dan in-numru għandu jinkludi kantanti, backing vocalists, żeffiena, mużicisti, eċċ.) – dan in-numru m’għandux ikun ta’ aktar minn sitta (6).
 b. 	jekk humiex se jintużaw strumenti, props jew effetti ohra.
 11.3.1	Din l-informazzjoni trid tasal għand l-organizzaturi sa mhux aktar tard mis-7 ta’ Settembru 2018
 11.4 	Sal-ġurnata tal-Konkors, kantanti li jkunu qed jieħdu sehem ma jistgħux ikantaw il-kanzunetta li qed jieħdu sehem biha fil-pubbliku jew fuq stazzjonijiet tat-TV jekk mhux kif indikat mill-Kumitat.
 11.5 	Kull fażi tal-Konkors tista’ tigi ffilmjata jew jinġibdu ritratti mill-organizzaturi għall-fini ta’ pubblicità.
 11.6. 	Waqt is-serata finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza mhux se jkunu permessi persuni backstage ħlief performers u backstage crew awtorizzat uffiċjalment. ĦADD mhu se jithalla jidhol backstage mingħajr pass jew awtorizzjazzjoni neċessarja.
 11.7 	Is-Sottomissjoni ta’ kanzunetti fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2018 jimplika aċċettazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti.
Kull korrispondenza għandha tkun indirizzata hekk:
 Konkors Kanzunetta Indipendenza 2018
 Dar Ċentrali Partit Nazzjonalista
 Triq Herbert Ganado,
 Tal-Pieta’ PTA 1450
Għal aktar informazzjoni staqsu għal:
 Sandra Grech
 Konkors Kanzunetta Indipendenza.
EMAIL:sandra.grech@pn.org.mt




 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		