Wara numru ta’ rapporti li ilhom jaslulna għal dawn l-aħħar jiem, NET NEWS illum jinsab f’pożizzjoni illi jikkonferma li l-prezz tal-ħobż prodott f’pajjiżna se jiżdied.
Mill-ewwel indikazzjonijiet, jidher li l-ħobża Maltija se tiżdied bejn 25ċ u 30ċ bħala medja. Dan ifisser li l-prezz ta’ kull ħobża se jkun €1.10ċ.
Diversi persuni li tkellmu magħna qalulna li din iż-żieda qawwija se tkun ta’ piż kbir fuq familji li qedgħin fil-faxxa t’isfel tas-soċjeta’, l-aktar dawk li qedgħin fuq paga minima. Dan meta l-ħobż hu meqjus prodott bażiku għal kull familja.
Minn naħa l-oħra anke l-furnara jinsabu imħassba minħabba l-piżijiet ġodda li se jkollhom iġorru minħabba żidiet fil-prezz tad-dqiq.
Dan is-sit jista’ jikkonferma li ż-żieda fil-prezz tad-dqiq hi dovuta għall-fatt li fuq livell internazzjonali kien hemm ċaqlieq konsiderevoli fis-suq tal-qamħ.
//= $special ?>