Seba’ snin mir-rivoluzzjoni fil-Libja u li wasslu għal intervent mill-ajru tan-NATO, qed ikompli jkun hemm attakki mill-ajru misterjużi fil-Libja u ħadd mhu jieħu r-respon-sabbiltà għal ħafna minnhom, speċjalment meta jkun hemm imwiet fost il-popolazzjoni. Skont rapport mill-Airwars, grupp ibbażat fir-Renju Unit, u New America, ibbażat fl-Istati Uniti, twettqu aktar minn 2,000 attakk mill-ajru fil-Libja.
Dan matul il-perjodu bejn Settembru 2012 u Ġunju tal-2018. Dan għal total ta’ 2,158 attakk mill-ajru li minnhom anqas minn 50 fil-mija kienu ddikjarati pubblikament minn xi pajjiż li saru. Skont rapport f’The Washing-ton Post, ir-riċerkaturi kkonk-ludew li tal-anqas 237 u sa 387 persuna ċivili nqatlu f’dawn l-attakki, u kien hemm tal-anqas 324 persuna oħra li ndarbu. Intqal li fost dawk li ddikjaraw pubblikament li wettqu attakki kien hemm gruppi ta’ ġellieda Libjani, l-Istati Uniti, l-Eġittu u l-Emirati Għarab.
Imma dwar l-oħrajn hemm misteru. Mill-forzi barranin, l-Istati Uniti kellha l-akbar rwol sinifikanti billi wettqet 525 attakk fil-Libja minn Set-tembru tal-2012.
Hawn, tajjeb wieħed jgħid li fl-2016, l-Istati Uniti kienet intervjeniet mill-ajru għal erba’ xhur u nofs kontra l-ISIS f’Sirte. Mhux ċar għaliex hemm pajjiżi barranin li għadhom qed iwettqu attakki mill-ajru fil-Libja. Xi sorsi qed isostnu li hemm gwerra moħbija li qed tkun miġġielda fil-Libja, imma mingħajr ma jiġi spe-ċifkat min huma l-protagonisti fiha. Peter Bergen, il-Viċi President tan-New America, qal li dik tal-Libja hi waħda mill-gwerer minsija tad-dinja. Hu żied li l-intervent tan-NATO ma kien temm xejn u anzi daħħal lil-Libja f’fażi ġdida.
//= $special ?>

