SIRENS GREENTUBE………………..9
NEPTUNES LEO VEGAS……………13
(1-4), (1-4), (4-3), (4-2)
Wara t-telfa li sofrew kontra Sliema, Neptunes Leo Vegas irritornaw għar-rebħa meta għelbu lil Sirens Greentube 13-9. Rebħa meritata għat-tim tal-Balluta li prattikament għalaq il-logħba sat-tieni sessjoni. Nieqes għal darba oħra kien Stevie Camilleri, iżda fl-assenza tiegħu Neptunes qed juru li se jkunu qed jisfidaw.
Sirens ikkonfermaw li huma s-sorpriża negattiva tal-kampjonat. Tliet telfiet minn tliet logħbiet u jidher li mhux teżisti dik id-determinazzjoni li wasslet lit-tim għat-tielet post is-sena l-oħra. F’din il-logħba sofrew il-bidu kwiet li kellhom li spiċċaw biex inqatgħu mil-logħba.
Fil-fatt, Neptunes fetħu vantaġġ ta’ erba’ gowls fl-ewwel sessjoni b’gowls minn doppjetta ta’ Miguel Zammit, Jeremy Abela u Petar Muslim. Clint Mercieca naqqas id-distakk lejn tmiem is-sessjoni.
L-andament tal-logħba baqa’ l-istess fit-tieni sessjoni. Neptunes fetħu vantaġġ ta’ 7-1 u wara li Jacob Sciberras skorja għal Sirens, Niki Lanzon wieġeb bit-tieni gowl personali biex Neptunes daħlu jistrieħu 8-2 minn fuq.
Sirens pruvaw jidħlu fil-logħba fit-tielet sessjoni iżda fi tliet okkażjonijiet li skorjaw, Neptunes wieġbu biex id-distakk baqa’ ta’ sitt gowls.
L-aħħar sessjoni ttieħdet aktar bħala sessjoni ta’ taħriġ, bil-kowċ ta’ Neptunes jagħmel użu aktar mill-bankina tiegħu. Sirens irnexxielhom jagħmlu l-iskor aktar rispettabbli fosthom doppjetta tal-Kanadiż Nicolas Bicari li fid-debutt tiegħu skorja tripletta.
Sirens: N. Grixti, P. Privitera, E. Aquilina, N. Bicari (3), M. Grech, I. Riolo (1), C. Mercieca (1), J. Sciberras (3), J. Napier, G. Sammut, J. Ciantar, J. Brownrigg (1), O. Gauci
Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon (2), K. Erdogan, G. Pace (1), M. Martellacci, N. Zammit, P. Muslim (4), J. Camilleri (1), J. Abela (2), M. Zammit (2), J. Muscat, M. Azzopardi (1), J. Parnis
Referees: Peter Balzan, Vittorio Frauenfelder
VALLETTA VIDEOSLOTS……………6
EXILES JETFREIGHT………………..9
(1-1), (1-1), (2-4), (2-3)
Ikompli l-bidu pożittiv ta’ Exiles Jetfreight, bit-tieni rebħa tal-kampjonat kontra Valletta Videoslots 9-6. It-tim ta’ Cuk kiseb rebħa missielta biż-żewġ timijiet bilanċjati fl-ewwel parti tal-logħba, iżda meta ħadu vantaġġ fit-tielet sessjoni seta’ jkollhom vantaġġ li bih baqgħu dejjem pass qabel l-avversarji.
Sa tmiem it-tieni sessjoni, il-logħba kienet għadha f’parità b’Valletta jkunu fil-vantaġġ darbtejn. Fl-ewwel sessjoni kien Marc Lanzon li skorja gowl bikri, iżda Kurt Griscti ġab id-draw b’gowl tipiku mix-xellug. Fit-tieni sessjoni, kien Charlie Zammit li skorja għat-tim Belti iżda Michele Stellini ġab id-draw lejn it-tmiem.
Exiles ħadu vantaġġ doppju minn pożizzjonijiet simili b’gowls minn Sean Xerri de Caro u Kurt Griscti. Valletta pruvaw jersqu viċin l-avversarji iżda f’żewġ okkażjonijiet, Exiles wieġbu mill-ewwel u bdew l-aħħar sessjoni 6-4 minn fuq.
Aurelien Cousin kabbar id-distakk għal tliet gowls biex witta għat-triq għar-rebħa. Valletta baqgħu jittamaw u waslu sa żewġ gowls bogħod darbtejn, iżda meta Timmy Sullivan għamel l-iskor 9-6 b’madwar tliet minuti għat-tmiem, il-partita kienet deċiża.
Valletta: R. Sciortino, J. Spiteri Staines, A. Agius, N. Farrugia, T. Agius, R. Mock (1), D. Paolella (2), M. Toth (1), A. Mifsud, C. Zammit (1), K. Galea, N. Bonello Ghio, M. Lanzon (1)
Exiles: M. Castillo, M. Fenech (1), A. Bianchi, M. Stellini (1), T. Sullivan (1), S. Xerri de Caro (1), S. Nikic (2), K. Griscti (2), N. Paris, A. Cousin (1), B. Lanzon, P. Paris, G. Ciappara
Referees: Ronnie Spiteri, Giuseppe Fusco
L-EWWEL DIVIŻJONI
MARSASKALA TRANSCRIPTA…..14
OTTERS NIVEA………………………..7
(3-0), (6-2), (2-2), (3-3)
Tasal l-ewwel rebħa ta’ Marsaskala Transcripta li għelbu lil Otters Nivea b’distakk ta’ seba’ gowls. Partita li Marsaskala ddettaw speċjalment fl-ewwel parti tal-logħba, biex minn hemm ikkontrollaw il-logħba. Spikka l-Kroat Andrija Vlahovic awtur ta’ sitt gowls.
Christian Mifsud, Andrija Vlahovic u Duncan Cassar taw vantaġġ ta’ tliet gowls lit-tim ta’ Pierre Borg fl-ewwel sessjoni. Jean Claude Cutajar għamilhom 4-0 fit-tieni sessjoni, sakemm Otters naqqsu d-distakk b’żewġ gowls konsekuttivi. Iżda Christian Mifsud u poker ta’ Andrija Vlahovic prattikament għalqu l-logħba, b’Marsaskala jidħlu jistrieħu 9-2 minn fuq.
Fiż-żewġ sessjonijiet sussegwenti, Marsaskala kkontrollaw sat-tmiem, b’Otters ikollhom l-għan li tal-anqas jagħmlu l-iskor ftit rispettabbli. Sa ċertu punt irnexxielhom hekk kif it-tielet u r-raba’ sessjoni ntemmu f’parità.
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), E. Carabott, D. Borg Millo (1), A. Vlahovic (6), L. Grixti, K. Navarro (1), J. Busuttil, J. Bajada, C. Mifsud (4), D. Cassar (1), R. Attard, J. Cremona
Otters: K. Schembri, A. Magri, A. Camenzuli, L. Felice, K. Scicluna (1), C. Bugeja, G. Mizzi, S. Dimech, M. Gor-Nagy (3), E. Gravina, M. Sciberras (2), D. Zahra (1), M. Xerri
Referees: Neville Mercieca, Giuseppe Fusco
//= $special ?>