Ambjent Lokali

AĠĠORNATA: Jinqatgħu siġar f’San Vincenz de Paul qabel jiġu trasportati

Ritratti li waslu għand dan is-sit juru siġar taż-żebbuġ illi inqatgħu kmieni dalgħodu fil-perimetru tar-Residenza San Vincenz de Paul.

Diversi persuni kkuntatjaw lil Net News dwar din is-sitwazzjoni, għalkemm minn stħarriġ li għamilna jidher li dawn inqatgħu sabiex jiġu trasportati lejn post ieħor fejn se jitħawwlu.

Fl-aħħar ġimgħat kiber ferm l-interess pubbliku dwar dawn it-tip ta’ interventi. Iżda sorsi qrib San Vincenz qalulna li s-siġar li nqalgħu se jitħawwlu fir-Residenza stess.

Fis-sit se jitħawwlu 71 siġra oħra.