Lokali

Suċċes fil-COJI Games għall-atleti Maltin – il-Kap tal-PN Adrian Delia jilqagħhom

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia laqa’ lill-atleti li ħadu sehem fit-22 edizzjoni tal-Logħob tal-Gżejjer li din is-sena saru f’Katanja bejn it-23 u s-27 ta’ Mejju.

B’kollox Malta kienet rappreżentata minn sitta u tletin tifel u tifla ta’ eta bejn l-14 u s-16-il sena li kkompetew ma’ iktar minn elf atleta.

Il-Maltin, akkumpanjati minn 14-il uffiċjal, ikkompetew fl-atletika, ġinnastika, karate, table tennis, ibburdjar u għawm.

Huma kisbu għaxar midalji tad-deheb, ħdax fidda u tnejn u tletin bronż b’midalji miskuba minn kull dixxiplina li kkompetew fiha l-Maltin.

L-ikbar suċċess kien fl-atletika, b’seba’ midlaji tad-deheb, waqt li fl-għawm inkiseb l-ikbar ammont ta’ midalji, ghoxrin.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Ryan Callus, responsabbli fost oħrajn miż-żgħażagħ u l-isport, akkumpanja lill-Kap Adrian Delia f’din il-laqgħa.