Passiġġieri abbord it-titjira KM436 tal-Air Malta tħallew madwar 20 minuta msakkrin fil-vettura li twassalhom mit-terminal sal-ajruplan, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, sakemm reġgħu twasslu lura mingħajr ma bdew it-titjira tagħhom.
L-ajruplan kellu jitlaq minn pajjiżna għal Marsilja fis-7.25pm, iżda dan spiċċa skedat għal mhux qabel l-10.30pm. Ir-raġuni li ngħataw minn kelliema tal-linja nazzjonali tal-ajru, appena twasslu lura fit-terminal, kienet li l-ekwipaġġ li suppost kellu jagħmel it-titjira kien diġà ħadem it-12-il siegħa mitluba minnhom. Għaldaqstant, huma ma setgħux jerġgħu jtiru għalissa.
Il-passiġġieri nnutaw kif tħallew fl-għama sakemm twasslu lura u minkejja li tħallew madwar 20 minuta fil-vettura, ħadd baqa’ ma tahom informazzjoni.
Dawn il-problemi jidhru li mhux se jħallu lill-Air Malta minkejja l-wegħda tal-Ministru Konrad Mizzi li l-ajruplan il-ġdid li żdied mal-flotta fil-jiem li għaddew kellu jsolvi l-problema ta’ nuqqas li teżisti.
//= $special ?>