Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabet lil Gvern Malti ħati li kiser il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom pajjiżna seta’ jħalli l-insib isir.
Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ngħatat dalgħodu, f’sentenza li l-Kummissjoni Ewropea fetħet kontra Malta.
Bħala regola, kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea għandu jipproteġi l-għasafar. Madanakollu, b’deroga li l-Gvern kien applika għaliha fl-2014, seta’ jsir insib tal-għasafar tal-għana.
Madanakollu, jirriżulta, skont is-sentenza tal-Qorti Ewropea, li fl-implimentazzjoni ta’ din id-deroga, il-Gvern ma kienx mexa b’konformità mar-regoli tal-Unjoni Ewropea tant li l-Kummissjoni ħadet lill-Gvern Malti l-Qorti.
Il-Qorti Ewropea, fis-sentenza tagħha, attribwiet il-ksur tal-kundizzjonijiet tad-deroga, għal nuqqasijiet tal-Gvern Malti stess – fosthom il-mod kif il-Gvern naqas milli jikkonvinċi lill-Qorti Ewropea li l-insib jista’ jsir f’Malta.
Punt ieħor li wassal lill-Qorti Ewropea biex tikkonkludi li l-Gvern kiser il-kundizzjonijiet tad-deroga huwa dak marbut man-nuqqas tal-Gvern li juri li wettaq superviżjoni tajba tal-mod kif isir l-insib f’Malta.
//= $special ?>In-nassaba mċaħħda mid-delizzju tal-insib minħabba deċiżjonijiet ħżiena tal-Gvern