Fis-seduta tal-Kumitat ta’ Skrutinju Parlamentari tal-20 ta’ Ġunju, d-deputati tal-Partit Nazzjonalista vvota kontra n-nomina tal-Gvern sabiex Daniel Azzopardi jinħatar Rappreżentant Permanenti ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Din kienet l-ewwel darba li ma kienx hemm qbil.
L-membri tal-Oppożizzjoni vvutaw b’dan il-mod għax huma konvinti li l-għażla fiċ-ċirkostanzi partikolari hija waħda żbaljata u nieqsa mill-għaqal.
F’mument meta pajjiżna qiegħed jaffronta sfidi kbar fl-Unjoni Ewropea, l-ħatra min-naħa tal-Gvern kellha ssir fuq persuna li għandha ferm aktar esperjenza li hija neċessarja. L-interess nazzjonali ġie għalhekk injorat u traskurat.
//= $special ?>