Ira Losco nediet is-7 studio album tagħha. ‘NoSinner’ ‘NoSaint’ huwa l-isem tal-album – li b’kuntrarju għad-drabi ta’ qabel, huwa double-album b’żewġ CDs u b’total ta’ 24 track.
Waqt it-tnedija tal-album, li għaliha attendew diversi personalitajiet oħra Maltin, Ira Losco tkellmet dwar il-vjaġġ tad-double album ‘NoSinner’ ‘NoSaint’, li fi kliem Ira Losco jilħaq il-qofol tiegħu meta tkanta t-tracks live lill-udjenzi.
Ira Losco hija waħda mill-iktar kantanti stabbiliti Maltin u l-manager tagħha, Howard Keith Debono qal li fl-ewwel ġurnata li t-tracks kienu disponibbli online, l-album spara mill-ewwel fl-ewwel post tal-Itunes Charts bħala l-iktar album popolari.
Apparti id-double-album ġdid, fil-jiem li għaddew ħarġet il-kanzunetta Colours – li hija l-kanzunetta uffiċjali tal-Coca Cola għall-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena. Fil-kanzunetta, Ira Losco tkanta mal-kantata ta’ fama internazzjonali Jason Derulo.
//= $special ?>
