Lokali

L-inġiniera jesebixxu l-proġett tat-teżi fl-aħħar sena tal-kors universitarju

L-istudenti tal-aħħar sena fil-kors tal-baċelerat fl-inġinerija esebixxew il-proġetti tagħhom iffinalizzati għat-teżi tagħhom. NET News żar il-laboratorji tal-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta u ra mill-qrib 5 xogħlijiet partikolari esebiti.

Chantel Vassallo ppruvat 3 materjali differenti għall-keychain bottle openers biex tara kemm huma sostenibbli, tanalizza l-kwalità u l-konsum t’enerġija biex jinħadmu.

Riżultat ieħor wera kif plastic biodegradable użat minn sorsi rinovabbli bħall-PLA joffru l-istess karatterisċi u għandhom impatt inqas negattiv fuq l-ambjent.

L-użu ta’ 3D printing għall-manifattura tar-reżina kienet użata minn Cristian Chetcuti b’għan nobbli għal dawk bla idejn:

L-ispejjeż biex tiġi manifattura hija ħafna rħas minn dawk fis-suq illum u hija eħfef u aktar komda għall-pazjent.

Matthew Sammut ikkontribwixxa għall-bini ta’ piko-satelite, l-ewwel satelita ċkejkna Maltija magħmula minn studenti oħra fl-istess fakultà li se tintbagħat fl-ispazju, billi bena truster u circuit għaliha:

L-aħħar żewġ proġetti li żorna kienu ta’ Joshua Barbara & Gabriel Agius Pascalidis, studenti li ħadmu fuq proġetti simili b’għanijiet differenti:

Minflok l-użu ta’ remote control, wieħed ikollu bżonn jilbes ingwanta biex bis-sensors, l-id tagħmel l-istess movimenti tas-swaba u l-pala tal-istess id. Biha wieħed jista’ jevalwa ukoll jekk l-id hix taħdem tajba  u ta’ livell biex tinuża.