Il-Parlament Ungeriż għadda liġi ġdida li biha sar illegali li avukati u attivisti jgħinu lill-immigranti illegali. Kull min jinqabad, issa se jibda jissogra sa sena ħabs. Il-Gvern tal-Prim Ministru Viktor Orban laqqam il-liġi “il-liġi waqqaf lil Soros” wara l-biljunarju filantropista ta’ nisel Ungeriż li Orban jakkuża li qed igħin lill-immigranti Musulmani. Il-vot f’Budapest sar sigħat wara li numru ta’ mexxejja tal-Unjoni Ewropea qablu li jkollhom taħditiet ta’ emerġenza dwar kif jistgħu jinbidlu r-regoli rigward il-kenn. L-Ungerija qalet li l-immigrazzjoni hi theddida għas-sigurtà nazzjonali u l-pożizzjoni li adotta hi mira ta’ ħafna kritika internazzjonali. L-UNHCR ħeġġet lill-uffiċjali Ungeriżi biex ma jadottawx din il-liġi u kien hemm kritika anki mill-Kunsill tal-Ewropa. Il-liġi wkoll żiedet ir-restrizzjonijiet biex wieħed japplika għall-kenn, u issa dawk l-uħud li jippruvaw jidħlu fl-Ungerija minn pajjiż terz fejn ma jkunux imhedda bil-persekuzzjoni, ma jistgħux jitolbu għall-kenn. Il-Membri Parlamentari Ungeriżi għaddew ukoll emenda għall-Kostituzzjoni li tiddikjara li “popolazzjonijiet barranin ma jistgħux imorru jgħixu fl-Ungerija”, u b’hekk imblukkaw l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex immigranti li żbarkaw fl-Italja u l-Greċja jintbagħtu hemm.
//= $special ?>Sar illegali fl-Ungerija li wieħed igħin lill-immigranti
21 ta' Ġunju 2018

You may also like
AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES

