Kelliema għall-US Africa Command (AFRICOM) qalu li wettqu rejd tal-ajru fuq inħawi lejn ix-xlokk ta’ Bani Walid, u li fih inqatel ‘almenu terrorista’.
L-AFRICOM qal li dan l-attakk tmexxa bi preċiżjoni u b’koordinazzjoni mal-Gvern tal-Libja li jgawdi għarfien internazzjonali u fejn il-qawwiet Amerikani laqtu sit tal-moviment Al-Qaeda fil-Maghreb Iżlamiku (AQIM).
L-attakk, li seħħ jiem ilu, qed ikun irrappurtat proprju issa, bl-AFRICOM għadu qed jevalwa r-riżultati tal-azzjoni. Intant, l-iskop tal-azzjoni militari kien biex iħarbat il-movimenti tal-AQIM fil-Libja, bl-Istati Uniti qed tkompli bil-missjoni biex teqred lill-entitajiet terroristiċi filwaqt li tappoġġja l-istabbilità fir-reġjun.
L-Istati Uniti anki qed taħseb biex iżżomm lit-terroristi milli jistabbilixxu z-zoni fil-Libja u l-Istati l-oħrajn viċin tagħha.
Attakk mill-ajru Amerikan fil-Libja


