Matul ix-xahar li ġej se jsiru attivitajiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-importanza tal-isport f’ħajjitna fl-istess waqt li jagħtu ħajja differenti lill-Belt Valletta.
Fost oħrajn se ssir l-ewwel edizzjoni tal-Valletta Beach Volley in the City organizzata mill-Valletta Volleyball Club, li ilu mwaqqaf 10 snin, bl-ambjent se jkun eżatt bħal tal-kampjonati internazzjonali.
Fi Pjazza San Ġorġ se tintrama arena b’50 tunnellata ta’ ramel fejn se jsiru l-kampjonati, filwaqt li matul il-ġimgħa kollha se jkun hemm divertiment għall-familja, fosthom bil-preżenza ta’ tal-preżentaturi Owen Bonnici u Angie Laus.
Net News tkellem ma’ wieħed mir-rappreżentanti ta’ Valletta Volleyball Club li qalilna iktar dwar dawn l-attivitajiet.
Dan se jsir biex jitkabbar l-għarfien dwar l-importanza tal-isport u l-attivitajiet fiżiċi fost il-Maltin. F’din il-ġimgħa, dan il-kampjonat mistenni jattira l-attenzjoni ta’ dawk li jżuru l-Belt Valletta.
Se jsiru wkoll dimostrazzjonijiet, logħob, u attivitajiet għat-tfal minn coaches professjonali biex jiġu ntrodotti għall-volleyball. Dawn l-attivitajiet se jsiru fi Pjazza San Ġorġ mis-17 sal-21 ta’ Lulju.
//= $special ?>