Il-Ministri tad-Difiża ta’ Ċipru, Iżrael u l-Greċja qed jimpenjaw ruħhom biex ikattru r-rabtiet militari aktar profondi bil-għan li jikkonfrontaw aħjar lit-theddid komuni, minbarra li jsaħħu l-livelli tas-sigurtà f’reġjun partikularment delikat.
Dan wara li Ċipru organizza it-tieni laqgħa trilaterali bejn il-Ministri inwistjoni.
Il-Ministru Ċiprijott Savvas Angelides u l-Ministri ta’ Iżrael u l-Greċja, Avigdor Lieberman u Panos Kammenos, qalu, ilbieraħ, li qegħdin jaħsbu biex iżidu l-koperazzjoni għal sigurtà fil-qasam ċibernetiku. Ħsieb ieħor hu li dawn il-pajjiżi jidħlu għal eżerċizzji militari komuni kif ukoll għal missjonijiet komuni ta’ search and rescue fiz-zoni tal-Lvant tal-Mediterran.
Il-Ministri inkwistjoni, fl-istess ħin, faħħru lill-ewwel konferenza li laqqgħet flimkien lill-kumpanniji Ċiprijotti, Griegi u Iżraeljani li huma attivi fl-industrija militari ‘bħala xi ħaġa li tgħin għat-tkattir tar-relazzjonijiet.
Min-naħa tiegħu, Panos Kammenos qal li d-deċiżjoni taz-Zona Ewro li qed twitti t-triq għat-tmiem tal-programm tal-bailout għall-Greċja għandha wkoll tħalli impatt pożittiv għall-qawwiet armati Griegi.
Impenjati biex ikattru r-rabtiet militari bejn Ċipru, Iżrael u l-Greċja


