NEPTUNES LEO VEGAS…….16
EXILES ELIA CATERERS…..13
(3-1), (7-3), (4-5), (2-4)
Wirja tajba fl-ewwel parti tal-logħba kienet biżżejjed għal Neptunes Leo Vegas biex jegħlbu l-isfida ta’ Exiles Elia Caterers 16-13. Finalment id-distakk bejn it-tnejn kien it-tliet gowls vantaġġ li Neptunes bnew fl-ewwel nofs tal-ewwel sessjoni, iżda l-partita kienet mirbuħa u mitlufa sat-tieni sessjoni.
Dan għaliex Neptunes daħlu jistrieħu 10-4 minn fuq. Sa dak il-ħin, Jordan Camilleri u Jeremy Abela kienu skorjaw tripletta kull wieħed. Sa żewġ minuti mit-tmiem tat-tieni sessjoni kienu 10-2 minn fuq, sakemm Michele Stellini u Aurelien Cousin skorjaw għal Exiles minn żewġ man-ups.
Il-partita ħadet xejra oħra, b’Neptunes jikkontrollaw il-logħba. L-aktar li d-distakk kien viċin fl-aħħar żewġ sessjonijiet kien ta’ erba’ gowls, b’eċċezzjoni għall-iskor finali. Mertu wkoll għal Exiles li baqgħu jilagħbu l-logħba tagħhom.
Fl-aħħar sessjoni, Neptunes skorjaw biss man-up minn erbgħa, b’Exiles jibqgħu jissieltu sal-aħħar biex jagħmlu l-iskor rispettabbli fejn skorjaw darbtejn fl-aħħar minuta minn Timmy Sullivan u Michele Stellini.
Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon (2), K. Erdogan, G. Pace (1), M. Martellacci, N. Zammit (1), P. Muslim (2), J. Camilleri (6), J. Abela (3), M. Zammit (1), J. Muscat, M. Azzopardi, J. Parnis
Exiles: M. Castillo, M. Fenech (2), A. Bianchi, M. Stellini (2), T. Sullivan (4), S. Xerri de Caro, S. Nikic (2), K. Griscti, N. Paris (1), A. Cousin (2), B. Lanzon, P. Paris, G. Ciappara
Referees: Alex De Raffaele, Andrea Barretta
SAN ĠILJAN TUM INVEST…10
SIRENS GREENTUBE…………6
(1-1), (3-2), (2-0), (4-2)
Iċ-champions San Ġiljan tħabtu iżda finalment ħarġu bit-tliet punti li bihom reġgħu jinsabu waħedhom fil-quċċata b’punti massimi. Sirens probabbilment kellhom l-aħjar prestazzjoni f’dan l-istaġun fejn lagħbu daqs l-avversarji għal ħinijiet twal fil-logħba. Minkejja prestazzjoni pożittiva, Sirens ħarġu b’idejhom vojta u għadhom mingħajr punt wara erba’ logħbiet.
Bidu tajjeb minn Sirens li ħadu vantaġġ doppju permezz tal-Kanadiż Nicolas Bicari, bil-Kroat Paulo Obradovic jnaqqas id-distakk b’xutt minn pożizzjoni ċentrali. Il-Ġiljaniżi wieġbu tajjeb u dehru li se jieħdu l-kontroll tal-logħba meta b’doppjetta ta’ Andreas Galea u Obradovic fi ftit ħin. Iżda reazzjoni minn Sirens wasslet biex Isaiah Riolo u t-tielet gowl ta’ Bicari għamlu d-draw 4-4.
San Ġiljan reġgħu ħadu vantaġġ doppju fit-tielet sessjoni, l-ewwel b’lob mill-isbaħ ta’ Matthew Zammit u ftit wara minn Andreas Galea, liema żewġ gowls vantaġġ bdew bihom fl-aħħar sessjoni.
Sirens baqgħu jippruvaw jibqgħu fil-logħba u għal darbtejn naqqsu d-distakk għal gowl permezz ta’ Bicari u John Brownrigg iżda fiż-żewġ okkażjonijiet San Ġiljan wieġbu mill-ewwel minn Peter Borg u Paulo Obradovic. Dino Zammit għamilhom 9-6 bi tliet minuti għat-tmiem.
L-aħħar ċans ta’ Sirens biex jidħlu fil-logħba wasal minuta u nofs mit-tmiem, iżda Jake Tanti salva b’mod brillanti biex fl-aħħar 23 sekonda, Dino Zammit ssiġilla r-rebħa.
San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg (1), A. Galea (3), B. Grech, C. Farrugia, M. Zammit (1), B. Plumpton, Da. Zammit, T. Said, P. Obradovic (3), P. Fava, Di. Zammit (2), T. Micallef
Sirens: N. Grixti, Z. Bartolo, E. Aquilina, N. Bicari (4), M. Grech, I. Riolo (1), C. Mercieca, J. Sciberras, J. Napier, J. Ciantar, L. Caruana, J. Brownrigg (1), O. Gauci
Referees: Peter Balzan, Luca Castagnola
L-EWWEL DIVIŻJONI
TA’ XBIEX AMIGOS………….10
M’SKALA TRANSCRIPTA…..11
(2-2), (2-3), (2-4), (4-2)
Ta’ Xbiex: M. Vassallo, R. Greco, M. Manara (1), L. Hyzler (1), Z. Galea Mule, B. Cachia, G. Blundell, (3), L. Galea, G. Sammut (2), K. Tanti (2), N. Saliba (1), L. Pace
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), E. Carabott, D. Borg Millo, A. Vlahovic (4), L. Grixti (2), K. Navarro, J. Busuttil, J. Bajada (2), C. Mifsud (2), D. Cassar, R. Attard, B. Muscat
Referees: Mario Dalli, Luca Castagnola
//= $special ?>