L-Għaqda tan-Nar San Nikola tas-Siġġiewi ħabbret li wirja tan-nar innovattiva b’sett ta’ drones, se jkollha ssir mingħajr nar wara li l-permess neċessarju ma nħariġx.
L-Għaqda tan-Nar San Nikola Siġġiewi ħabbret dan f’post fuq Facebook.
Għaldaqstant, il-wirja b’sett ta’ drones li kellha ssir fil-bypass tas-Siġġiewi wara li jispiċċa n-nar tal-ajru, issa se ssir mingħajr nar peress li permess neċessarju ma nħariġx.
B’reazzjonji għal dan kienu ħafna dawk li lmentaw dwar il-mod kif xi ħaġa bħal din, u cioe deċiżjoni dwar permess, titħalla għall-aħħar ftit sigħat qabel l-attività.
Dak li tħabbar mill-Għaqda tan-Nar San Nikola huwa eku ta’ dak lill-pirotekniċi Żrieraq fil-bidu ta’ Ġunju li għadda, meta ballun tan-nar li kellu jikser ir-rekord, twaqqaf milli jinħaraq. Ix-xogħol kienu jsir xhur twal.
//= $special ?>RABJA FOST ID-DILETTANTI TAN-NAR: Konferma li l-Ballun mhux se jinħaraq


