Inqabdu ż-żewġ żgħażagħ, ta’ nazzjonalità barranija li jgħixu f’pajjiżna, li dalgħodu nqabdu mill-kameras tas-sigurtà jivvandalizzaw il-vetturi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.50am tal-Ħadd filgħodu fi Triq il-Marina, fl-Imsida, hekk kif bl-aktar mod villan iż-żewġ suspettati bdew iqaċtu l-mirja tal-karozzi pparkjati mal-ġenb tat-triq bid-daqqiet ta’ sieq.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li s-suspettati ntgħarfu mill-pubbliku hekk kif is-Sibt filgħaxija kienu qed idoqqu f’avveniment organizzat fil-Belt Valletta
//= $special ?>

