Lokali

AĠĠORNATA: Jinstab kadavru fl-inħawi tal-Gillieru

Raġel ta’ 49 sena residenti l-Mellieħa nstab mejjet f’Dawret il-Gżejjer, f’San Pawl il-Baħar, fl-inħawi tal-Gillieru.

Kien għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart tal-Ħadd filgħodu li ntalbet l-assistenza tal-Pulizija hekk kif ir-raġel deher mixħut mal-art taħt l-arbuxell.

Fil-post intbagħtet ambulanza sabiex tassisti lill-vittma, iżda sfortunatament hu ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar da nil-każ inħatret inkjesta li qed titmexa’ mill-Maġistrat Monica Vella li ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadom għaddejjin u qed jitmexxew mill-Ispettur Maurice Curmi u s-Surġent Glen Carabott mill-Għassa tal-Qawra.

Madankollu l-ewwel indikazzjonijiet juru li r-raġel, li ġie identifikat minn mobile li kellu fuqu, miet mewta naturali. Dan hekk kif instab liebes ħwejjeġ tal-ġiri, f’indikazzjoni li kien qed jagħmel eżerċizzju meta ħassu ħażin.

Ritratti ta’ Matthew Tabone.