Lokali

Brussel tinvestiga l-għajnuna tal-Gvern Malti għall-Crane Currency

Il-kummissjoni Ewropea kkonfermat li saqsiet lill-Gvern Malti biex jipprova jekk Crane Currency ingħatatx xi forma ta’ għajnuna biex il-kumpanija tiftaħ f’Malta.

F’rapport fuq The Malta Indepdendent intqal li l-Kummissjoni trid tikklarifika l-fatti kollha mal-awtoritajiet Maltin biex tara s-sitwazzjonali legali tal-kumpanija u tara wkoll kienx hemm forma ta’ ksur tal- liġi jew jaf ikun hemm fil-futur qarib.

Fl-2016 il-Gvern kien ħabbar li il-kumpanija ‘Crane Currency’, se tiġi Malta b’investiment ta’ $100 miljun (li minnhom, il-poplu Malti se jkun ħareġ miljuni ta’ ewro minn butu f’għajnuna mill-istat), se tinbigħ lil kumpanija oħra barranija għal valur ta’ madwar $800 miljun. Dan kollu kien iffirmat mill-Prim Ministru Joseph Muscat u kien qal li Keith Schembri kien kruċjali fin-negozjati.

Il-Kummissarju Ewropew għall-kompetizzjoni Margrethe Vestager qalet li l-kummissjoni taf bl-akkużi fuq il-miżuri li qed jagħtu sapport lill-kumpanija Amerikana Crane Currency biex tinvesti f’Malta. Infatti fuq dan il-kummissjoni ilha mill-2016 tinvestiga dak li kien qed jiġri.
Vestager qalet li l-kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Maltin biex jipprovdu l-informazzjoni necessarja biex jsostnu li din it-talba għandha l-kriterji kollha legali biex tkun tista’ sseħħ.

Dubji kienu tqajmu fuq il-kunflitt ta’ interess ta’ Schembri, b’allegazzjonijiet li l-kumpanija Kasco Group, tal-istess Schembri, kienet qed tagħti l-miljuni ta’ ewro fi stampar għal makkinarju filwaqt li hu kien ivolut personalment fin-negozji tal-Crane Currency, dan konfermat mill-Prim Ministru Joseph Muscat innifsu.