Il-Ġappun u s-Senegal se jibdew l-aħħar logħba fil-grupp fl-ewwel post, wara li t-tnejn spiċċaw fi draw ta’ 2-2 u b’hekk għandhom erba’ punti kull wieħed.
Is-Senegal fetħet l-iskor fit-12-il minuta meta minn kross ta’ Youssouf Sabaly, Kawashima ħareġ jimblokka bil-ballun jaħbat mas-sieq SADIO MANE u baqa’ dieħel fix-xibka. Il-Ġappuniżi ġabu d-draw fl-34 minuta meta Yuto Nagatomo qassam lejn TAKASHI INUI li ġibed il-ballun għan-nofs u skorja b’xutt għar-rokna.
Il-Ġappun għal ftit ma marrux fil-vantaġġ fil-65 minuta, b’xutt ta’ Inui li laqat il-mimduda. Iżda kienu s-Senegal li marru fil-vantaġġ fil-71 minuta. Kien kross mix-xellug ta’ Sabaly, Niang għadda bit-takkuna fid-direzzjoni ta’ MOUSSA WAGUE li spara fix-xibka.
Madankollu l-Ġappun reġgħet ġabet id-draw fit-78 minuta meta wara ħarġa difettuża tal-gowlkiper, Takashi Inui krossja mix-xellug lejn is-sostitut KEISUKE HONDA li skorja b’xutt mill-ewwel.
//= $special ?>