Internazzjonali

Il-Ġermanja: Midruba fi splużjoni ġo bini f’Wuppertal

L-awtoritajiet fil-belt Ġermaniża ta’ Wuppertal qed jinvestigaw splużjoni ġo bini għolja diversi sulari, li ħalliet talanqas 30 persuna midruba.

L-isplużjoni, li seħħet fis-sigħat bikrin tal-Ħadd, ħalliet partijiet tal-istruttura jaqbdu għal ħinijiet twal, bl-iskwadri għall-għajnuna jwieġbu minnufih għall-emerġenza, fejn dewwew lil numru ta’ nies fuq il-post.

L-isplużjoni kienet tant qawwija li ħallet ħofra fonda fl-inħawi tal-bini li bdiet iċċedi biċċa biċċa, aktar ma bdew jaħkmu n-nirien. Intant, numru ta’ karozzi fl-inħawi tal-bini spiċċaw mgħaffġin taħt it-tifrik u l-ġebel tal-konkrit.

Ma kienx eskluż li l-ammont tal-midruba jitla’ mal-ħin meta l-iskwadri għall-emerġenzi qed jippruvaw jaċċertaw jekk salvawx ir-residenti kollha tal-bini. Dan meta l-awtoritajiet ma setgħux jeskludu l-possibbiltà ‘ta’ xi nies maqbudin qalb it-tifrik tal-bini.’