Illlum-il ġurnata l-pubbliku huwa rrabbjat u mxebba’ mill-Partit Laburista daqskemm kien irrabbjat għall-Partit Nazzjonalista.
Stqarret dan l-opinjonista Michela Spiteri fil-ġurnal The Sunday Times of Malta hekk kif f’opinjoni kitbet dwar il-kwistjoni tal-ambjent. Hija saħqet li qed ngħixu fi żmien fejn għodwa minnhom tqum b’masġar siġar quddiem il-bieb tiegħek filwaqt li l-għada tistenbaħ bil-baħħ quddiemek. Fid-dawl ta’ dan qalet li d-demokrazija tfisser li l-pubbliku jsemma’ leħnu dwar x’jiġri lit-toroq u fit-toroq tal-Maltin.
Spiteri fakkret li lura fl-2009 il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan propona Bus Terminus għat-trasport pubbliku tal-elettriku u car park fil-Pjazza tal-Balluta – madanakollu l-Partit Laburista, flimkien mal-ambjentalisti oppona b’saħħa. Tgħid li ssa bħal donnu l-Partit Laburista qed jiġi jaqa’ u jqum mis-siġar li kienu tant għal qalbu dak iż-żmien.
Spiteri insistiet li s’issa mal-480 siġra spiċċaw inqerdu filwaqt li mal-500 oħra mistennija jolqothom l-istess destin minħabba l-proġett tal-Marsa. Hija saħqet ukoll li mas-sittin siġra oħra, li issa l-Gvern insista li se jiġu 15, ser jinqerdu fir-Rabat.
L-opinjonista stqarret li l-Gvern ma jistax joqgħod b’idejh fuq żaqqu dwar din il-kwistjoni u lanqas qiegħed f’pożizzjoni li jiddetta – l-għaliex is-siġar huma essenzjali għall-Gżejjer Maltin, primarjament l-għaliex jippurifikaw l-arja Maltija li ma huwa l-ebda sigriet li mhux l-aktar ħaġa tajba li għandna fil-pajjiż.
//= $special ?>
